Veru Li F’ Għawdex Inqalbet Il-Maġġoranza?!

 Veru Li F’ Għawdex Inqalbet Il-Maġġoranza?!

Ser nitkellem dwar il-margin of error waqt li ppubblikajt stħarriġ fuq id-distrett t’Għawdex.

Il-margin of error huwa dak in-numru fejn jista’ jgħidilna b;mod massimu fejn ivarjaw ir-riżultati tagħna u dan huwa importanti mmens. Fi kwalunkwe stħarriġ, dan il-marġin huwa importanti li jiġi ppubblikat biex inkunu nistgħu npoġġu n-numri kollha ppubblikati fil-perspettiva tagħhom.

Meta jkun qed isir stħarriġ politiku, dan isir iżjed importanti għaliex il-margin of error jissaħħaħ fl-importanza tiegħu.

Meta nanalizza distrett distrett, nippreferi nara li nagħmel stħarriġ fuq id-distrett partikolari b’mod speċifiku.

Għamilt stħarriġ fuq il-popolazzjoni t’Għawdex f’din l-aħħar ġimgħa fejn ittieħed sample ta’ madwar 500 ruħ, fejn ir-riżultati jvarjaw + jew – b’4.3 %. Dak huwa l-margin of error f’dan il-każ.

F’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada, lill-Għawdxin staqsejniehom: “Lil liema partit tivvota?”

Fost il-votanti kollha, 52.8% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista; żieda ta’ 1.6% mill-elezzjoni ġenerali tal-2017, filwaqt li dawk li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista kienu 45.9%; tnaqqis ta’ 1.9% u partit oħra hemm 1.2%; żieda ta’ 0.3%.

Din hija s-sitwazzjoni eżatta fuq id-distrett t’Għawdex meta ħadna sample ta’ 500 ruħ u allura huwa sample iffukat u speċifiku fuq dan id-distrett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com