Wara Xhur Sħaħ, It-Triq Bejn Marsaxlokk u Marsaskala Baqgħet Imkissra

 Wara Xhur Sħaħ, It-Triq Bejn Marsaxlokk u Marsaskala Baqgħet Imkissra

Wara xhur sħaħ, aktar minn 7 xhur, trejqa qasira bejn Marsaxlokk u Marsaskala bl-isem ta’ Triq Xrobb l-Għaġin baqgħet mkissra u b’xogħol nofs leħja, b’inkonvenjent kbir għal dawk li kienu jagħmlu użu minn din it-triq, għar-residenti tal-inħawi u l-bdiewa.

Fil-bidu tas-sena f’din it-triq beda xogħol ta’ tħaffir qalulna diversi persuni, u x-xogħol waqaf ħesrem, b’ħafna ħofor u periklu fit-triq, f’Settembru wara numru ta’ ilmenti jidher li l-periklu tneħħa u anke ingħata kisja konkos fil-ġenb tat-triq, iżda x-xogħol reġa’ waqaf.

Dawn in-nies qalulna li huwa ħasra li triq daqstant importanti ingħatat il-ġenb u toroq oħra inqas importanti saru f’temp ta’ ftit jiem.

L-istess triq f’Settembru li għadda meta ngħata ftit konkos fil-ġenb

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com