X’Ġara Fl-1 Ta’ Novembru tal-1921?

 X’Ġara Fl-1 Ta’ Novembru tal-1921?

Fl- 1 ta’ Novembru tal-1921, fil-palazz fil-Belt Valletta kien fetaħ uffiċjalment l-ewwel Parlament Malti mill-Prinċep Dwardu ta’ Wales. L-istess Prinċep aktar tard sar ir-Re Dwardu VIII.

Dan l-ewwel parlament kien magħmul mis-Senat u Assemblea Leġislattiva. Il-Prinċep kien ta l-unur ta’ Sir lil Filippo Sciberras li mexxa l-Assemblea Nazzjonali li wasslet għall-Kostituzzjoni.

Interessanti l-fatt li Filippo, għall-bidu ma riedx jaċċetta l-unur għax kien imur kontra l-prinċipji tiegħu. Aċċetta, meta l-Prinċep qallu li dan l-unur qed jingħatalu f’isem il-poplu Malti.

Ritratt: Maltain360.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com