Xi Ħadd Joffrilek €20,000 Biex Torqod Miegħu … X’Tagħmel?

 Xi Ħadd Joffrilek €20,000 Biex Torqod Miegħu … X’Tagħmel?

Ħafna nies forsi jgħidulek, ‘u żgur li noħodhom!’, imma ġeneralment, ħadd ma jagħti xejn għal xejn. Ir-rapper Maltija Shyli Rose, li ħarġet il-potenzjal tagħha fix-xena mużikali ftit tas-snin ilu, u anka ikkollaborat ma’ Ira Losco, ġiet offruta €20,000. Shyli irrifjutathom…. imma għaliex?

Riċentament ir-rapper u l-għarus tagħha Jordan, iddeċidew illi jagħmlu abbonament mal-website ‘Only Fans’ u jirrekordjaw vidjos tagħhom f’atti sesswali. Min ikun irid jara dawn il-vidjos irid iħallas, u b’hekk Shyli u Jordan jaqilgħu l-flus.

Però safejn twassal il-kilba għall-flus? Hija kwistjoni ta’ moralità, bżonn ta’ flus, jew avventura sesswali? Shyli tistqarr li kien hemm persuna li offritilha €20,000 biex tagħmel atti sesswali magħha, offerta li Shyli irrifjutat immedjatament, tant li qalet lill-għarus tagħha wara li irrifjutat.

Kemm Jordan u kemm Shyli jaraw dan is-sħab bejniethom bħala xogħol u divertiment għall-adulti u jemmnu li huma jissapportjaw lil xulxin f’kollox.

U intom x’taħsbu dwar din? Taħsbu li ix-xogħol fis-sess huwa xogħol bħall-oħrajn?

Din hija storja li ġiet irrapurtat fuq Lovin Malta.

 

Ritratt: Facebook/ Shyli Rose/ Jordan Grech

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com