X’inhi L-Ħidma Tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin U Ewropej? Għaliex Hemm Bżonnu?

 X’inhi L-Ħidma Tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin U Ewropej? Għaliex Hemm Bżonnu?

Jinstema Ministeru xi ftit jew wisq stramb għaliex mhux kulħadd jifem x’inhi l-ħtieġa tiegħu f’pajjiżna. Imma jkun imqarraq min jaħseb hekk. L-ewwelnett irridu niftakru f’ħutna Maltin u Għawdxin li jgħixu barra minn xtutna kważi daqs kemm hawn popolazzjoni hawn u ħafna iżjed.

Dmir pajjiżna hu li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-bqija tad-dinja anke fl-interess tal-poplu tagħna. Dmir pajjiżna huwa wkoll li naħdmu favur il-paċi mad-dinja kollha kif ukoll ngħinu fit-titjieb tal-ħajja.

Minn Malta, ħidmet pajjiiżna hi mmexxija mill-valuri tan-newtralità, tal-politika favur il-paċi u d-diżarm u li ma nintużawx fil-gwerer kontra ħaddieħor u ma nidħlu fl-ebda alleanza militari ta’ pajjiżi oħra. Fl-istess ħin in-newtralita’ tagħna ma tfissirx indifferenza għal dak li qed jiġri madwarna. Irridu niftakru li dak li jiġri mad-dinja, jaffettwana anke minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna.

Huwa fid-dmir ukoll li ssir ħidma biex ikun attirat aktar investiment u jitkabbar il-kummerċ, tiżdied ħidma kontra terroriżmu, kriminalità ekonomika bħal traffikar tal-bnedmin, drogi u ħasil tal-flus.

Hemm ukoll l-għan li titħares il-pjanetà tagħna mhedda mit-tibdil tal-klima. Bla dubju, dejjem issir ħidma biex fl-Unjoni Ewropea jinkiseb kemm jista’ jkun l-aqwa fond biex jintefqu għall-ġid ta’ pajjina u l-poplu.

Id-djalogu u r-rispett huma dejjem fuq quddiem filwaqt li jsir sforz ġenwin biex pajjiżna jkun ta’ eżempju għal oħrajn.

Dan hu fil-qosor it-tifsira tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li forsi ħafna jistaqsu x’inhi l-ħidma tiegħu. Hemm bżonnu!!!

Ritratt: Facebook/ Evarist Bartolo

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com