Bil-Filmat: Young Love – Kanzunetta Ġdida Mingħand Malcolm Pisani

 Bil-Filmat: Young Love – Kanzunetta Ġdida Mingħand Malcolm Pisani

“Young Love” hija kanzunetta ferriħija u ġovanili b’ritmu sajfi u kurrenti.

Il-produzzjoni mużikali saret kollha fl-Italja mid DJ u Producer – Ticli & Gas – waqt li l-Italja kienet f’lockdown totali – infatti din il-kanzunetta ħarġet ftit iktar tard milli kien pjanat.

‘Dan it-tim mużikali mhux l-ewwel darba li qed naħdem magħhom, infatti għandi singles oħrajn li rnexxielhom jiksbu l-quċċata ta’ charts lokali u saħansitra l-kanzunetta “Summer Love” ġiet irreġistrata ma’ record label indipendenti fi Spanja”, jgħidilna Malcolm.

‘Young Love bħalissa qed nistennew bil-ħerqa hux ħa jirnexxilha ukoll tkun irreiġstrata mal-istess record label u fl- istess ħin nista’ ngħid li lokalment il-vidjo mużikali fi żmien ta’ xahar rawh ‘il fuq min 95 elf ruħ’, kompla Malcolm.  ‘Kuntent ħafna ukoll li ġa bdiet tindaqq f’radijiet barra minn Malta u anke jintwera l-vidjo mużikali – nametti li l feedback minn barra min Malta fuq Young Love kien wieħed enormi li jien personali verament inħossni sodisfatt.’

Dan il-vidjo mużikali ġie maħdum mit-team ta’ Clive Pace Films – l-istess team li Malcolm ħadem  vidjos mużikali passati – b’direzzjoni ta’ Emanuel Pace – filming u editing ta’ Clive Pace fuq produzzjoni ta’ Malcolm stess flimkien ma’ Rita Pace u Kim Cutajar.

Ħadu sehem żeffiena minn A-line Dance Academy taħt id-direzzjoni ta’ Alana Bondin u l-mudella uffiċjali Kylie Coleiro.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com