Żagħżugħ Ta’ 16-Il Sena Jaqa’ Erba’ Sulari Fis-Swieqi

 Żagħżugħ Ta’ 16-Il Sena Jaqa’ Erba’ Sulari Fis-Swieqi

Sirjan ta’ 16-il sena sofra ġrieħi serji u qiegħed jissielet għall-ħajtu wara li kien involut f’inċident li sar ilbieraħ f’sit ta’ kostruzzjoni fis-Swieqi.

Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11.35 a.m. meta l-vittma waqa’ mal-erba’ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq il-Qratas. Minn investigazzjoni preliminari, iż-żagħżugħ waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’dan is-sit.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post biex jagħti l-ewwel assistenza, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea qiegħda tmexxi inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com