Żagħżugħ ta’ 26 Sena Fil-Periklu tal-Mewt Wara Li Nqabad Bejn Gaffa u Trakk

 Żagħżugħ ta’ 26 Sena Fil-Periklu tal-Mewt Wara Li Nqabad Bejn Gaffa u Trakk

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu nqabad bejn gaffa u trakk f’Ħaż-Żebbuġ stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 a.m. fi Triq Mikielanġ Sapiano meta ż-żagħżugħ spiċċa maqbud bejn gaffa u trakk tal-għamla DAF meta kien qed iċaqlaqhom.

Minnufih fuq il-post marru l-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku kienu fuq il-post sabiex jassistu lill-vittma.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatello Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com