Żewġ Anzjani Ta’ 86 u 87 Sena Jmutu Bil-Covid-19

 Żewġ Anzjani Ta’ 86 u 87 Sena Jmutu Bil-Covid-19

Żewġ anzjani, wieħed ta’ 86 sena u ieħor ta’ 87 sena mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f’Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, it-2 ta’ Novembru wkoll miet aktar kmieni llum.

Fiż-żewġ każijiet, l-anzjani kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari u appella biex il-poplu jkun prudenti u jobdi l-miżuri ta’ prevenzjoni.

Tenna li l-ilbies tal-maskra u d-distanza soċjali huma fundamentali biex nipproteġu lill-vulnerabbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com