Żewġ Maltin Arrestati B’Mandat Ta’ Arrest Ewropew Dwar Traffikar Ta’ Droga

 Żewġ Maltin Arrestati B’Mandat Ta’ Arrest Ewropew Dwar Traffikar Ta’ Droga

Żewġ Maltin, wieħed ta’ 36 sena u ieħor ta’ 47 sena mistennija jitressqu l-qorti biex jgħaddu proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Italja.

Iż-żewġt irġiel ġew arrestati lbieraħ mill-Pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali wara li kienu mfittxija mill-Awtoritajiet Taljani fuq traffikar tad-droga.

Il-Pulizija qalet li wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, ġie stabbilit fejn jgħixu u ġew arrestati fil-Mosta u fil-Furjana permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Taljani.

Huma ser jitressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com