214-Il Tifel u Tifla Jingħataw Lunch Kuljum Mill-Istat

 214-Il Tifel u Tifla Jingħataw Lunch Kuljum Mill-Istat

Matul din is-sena skolastika, 214-il tifel u tifla qegħdin jingħataw lunch kuljum mill-iskola matul din is-sena skolastika.

Qalet dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana fi tweġiba għal interpellanza parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.

Dr Caruana qalet li dan il-lunch ivarja bejn ħobża, wrap jew għaġin. Miegħu jingħataw ukoll frotta friska u flixkun ilma.

Hija żiedet tgħid li l-iskejjel jafu bit-tfal li mhux qed jieħdu l-lunch peress li mhux qed jattendu l-iskola din is-sena minħabba l-pandemija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com