96 Oħra Jlaqqtu L-Covid-19 U Jfiqu 87 Oħra
Fl-aġġornament tagħha ta’ kull ġimgħa, il-Professur Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 96 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Dan minn 2,840 swab tests li saru f’diversi ċentri madwar il-pajjiż fosthom f’Pembroke u f’Ħal Luqa.
Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fiequ wkoll 87 persuna oħra mill-virus biex b’hekk issa t-total tal-persuni li fiequ minn dan il-virus tela’ għal 8,935.
Min-naħa l-oħra t-total ta’ mwiet tela’ għal 166, inkluż tnejn ilbieraħ. Persuni fl-isptar bil-Covid-19 hemm 186.