Aħbar Xejn Sabiħa Dwar Debenhams!

 Aħbar Xejn Sabiħa Dwar Debenhams!

Iktar kmieni xterdet l-aħbar li Debenhams se jagħlaq il-ħwienet kollha b’telf possibli ta’ 12,000 impjieg. Se jiskatta l-proċess ta’ likwidazzjoni hekk kif dalgħodu ma ntlaħaqx ftehim wara laqgħa ta’ diskussjoni. 

Debenhams timpjega 12-il elf impjegat f’124 ħanut fir-Renju Unit iżda dawn kollha jinsabu f’riskju hekk kif il-kumpanija naqset milli ssib xerrej potenzjali. ’JD Sports’ deher lest li jsalva d-ditta iżda jikkonferma li d-diskussjonijiet mal-amministraturi ta’ Debenhams rigward akkwist potenzjali tan-negozju issa ġew mitmuma. ‘JD Sports’ iddisassoċjat ruħha mit-taħdidiet hekk kif saru jafu li l-ikbar fornitur ta’ Debenhams – ‘Arcadia’ ta’ Sir Philip Green, qiegħed jiffaċċja wkoll diffikultajiet.

Geoff Rowley minn FRP Advisory, amministratur konġunt ta’ Debenhams u msieħeb ma’ FRP, qal fi stqarrija: “Ittieħdu l-passi raġonevoli kollha biex titlesta tranżazzjoni li tiżgura l-futur ta’ Debenhams. Madankollu, ix-xenarju ekonomiku huwa ta’ sfida kbira li, flimkien ma’ l-inċertezza li qed tiffaċċja l-industrija, ftehim vijabbli ma setax jintlaħaq. Id-deċiżjoni li nimxu ‘l quddiem bi programm maħdum tajjeb ġiet indirizzata bir-reqqa u, filwaqt li nibqgħu nittamaw li nirċievu  proposti alternattivi għan-negozju, jiddispjaċina ħafna iżda ċ-ċirkostanzi jġegħluna nibdew dan il-proċess.”

Abraham Abela

https://www.stradarjali.com

Abraham għandu iktar minn 8 snin esperjenza fil-ġurnaliżmu u l-komunikazzjoni. Iħobb ħafna s-safar, speċjalment f’pajjizi lil hinn mill-Ewropa. Għandu interess partikolari fl-isports, it-teknologija u l-ġrajjiet kurrenti.