Amber Ta’ 3 Xhur Ittieħdet Londra Għal Operazzjoni F’Qalbha

Amber hija waħda mit-tfal li bis-saħħa tal-Istrina għamlet progress kbir f’saħħitha, tant li llum għalqet 3 snin u qed titgħallem tiżfen il-ballet.
Meta kellha biss 3 xhur, Amber telgħet għall-ewwel darba f’Londra sabiex tiġi operata f’qalbha, u bis-saħħa tiegħek, l-Istrina kienet hemm matul il-proċess kollu.
L-appell tat-tim ta’ StradaRjali huwa sabiex din is-sena terġa’ tkun ġeneruż u tgħin lill-Istrina tkompli tgħin lil Amber u tfal oħrajn.
Nafu li din ma kinitx sena tajba. Iżda nafu wkoll li t-tbatijiet lil hinn mill-Covid-19 baqgħu jeżistu, u li l-poplu mhux se jdawwar wiċċu għat-tbatijiet ta’ tfal bħal Amber.