Ammonti Kbar Ta’ Pilloli Maqbuda Mid-Dwana… Maħsuba Biex Jintużaw Minn Suldati Li Jwettqu Attakki
Id-Dwana Maltija ħabbret li fl-2015,16 u 18 kienet strumentali f’operazzjoni msejħa Peacock Pills li huwa maħsub li kienu se jitnużaw minn suldati biex iwettqu attakki taħt l-effett tal-pilloli.
Madwar id-dinja ġew issekwestrati mal-biljun u mitejn miljun pillola u f’Malta nqabdu mal-225 miljun pillola li huma ekwivalenti għal 20% tal-pilloli ssekwestrati f’din l-operazzjoni.
Il-pilloli “Tramadol” jinxtraw bil-karta tat-tabib u jingħataw f’dożi żgħar.