Animal Guardians Malta B’Appell Għall-Għajnuna!

 Animal Guardians Malta B’Appell Għall-Għajnuna!

Animal Guardians Malta ilha toffri kenn għall-qtates għal aktar minn 3 snin u bħalissa għandha fil-kura tagħha madwar 200 qattus.

Il-voluntiera li jmexxu din l-NGO huma ftit u sintendi jagħtu ħafna mill-ħin u r-riżorsi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipprovdu lil dawn il-qtates b’kull ma jkollhom bżonn… iżda waħedhom mhux dejjem faċli. Alan Micallef, minn Animal Guardians Malta, qal li l-ħidma tagħhom tiddependi fuq l-għajnuna tal-poplu hekk kif bħala NGO ma jirċievu l-ebda fondi mill-gvern.

“Biex nagħmlu dan kollu għandha diversi spejjeż u ma nircievu l-ebda għajnuna mill-gvern. Aħna nonfqu l-flus fuq ikel, mediċina u s-servizz tal-veterinarju. Dawn kollha jiġu mid-donazzjanijiet ta’ diversi nies ġenerużi”, qal Micallef, filwaqt li appella għall-għajnuna.

Animal Guardians Malta ssalva u taċċetta mijiet ta’ qtates, kemm qtates abbandunati u anke dawk traskurati li jkollhom bżonn l-għajnuna. L-għan ta’ din l-għaqda huwa li dawn il-qtates sfortunati jingħataw ħajja aħjar, jingħataw l-assitenza medika li jkollhom bżonn u jinżammu fix-xelter ‘Cat Cafe’ li jinsab ġewwa San Vinċenz de Paul f’Ħal Luqa.

“Filwaqt li f’ismi u f’isem sħabi l-volutiera minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod qegħdin jgħinuna biex nkomplu l-missjoni tagħna, napella biex il-poplu jkun ġeneruż ma dawn il-qtates u jgħin lilna ħalli nkunu nistgħu ngħinu lilhom”, tenna Alan Micallef.

Wieħed jista’ jsib aktar tagħrif dwar kif jista’ jgħin billi jżur il-paġna ta’ Facebook permezz ta’ din il-link: https://www.facebook.com/animalguardiansmalta/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com