Anzjana Tindarab F’inċident Tat-Traffiku Fix-Xewkija

 Anzjana Tindarab F’inċident Tat-Traffiku Fix-Xewkija

Mara ta’ 82 sena li toqgħod ix-Xewkija, kellha tittieħed għal kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal ġrieħi li kellha f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija, Għawdex.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, meta l-Pulizija intalbet għall-għajnuna fi Triq San Bert.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza BMW, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena li joqgħod in-Nadur u karozza Maruti misjuqa mill-mara ta’ 82 sena.

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-isptar. Hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com