Ara T-Tfajla Li Se Tqatta’ Jum Mal-Prim Ministru

 Ara T-Tfajla Li Se Tqatta’ Jum Mal-Prim Ministru

Lejlet il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, Naomi Pace Gasan, tfajla ta’ 18-il sena bil-kundizzjoni tad-Down’s Syndrome se tkun qed tqatta’ l-ġurnata mal-Prim Ministru Robert Abela.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru qal li matul il-ġurnata se nuru fil-prattika l-importanza li l-persuni b’diżabilità jistgħu jkunu huma wkoll parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali.

Abela ħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu jsegwuhom matul il-ġurnata fejn matulha se jkunu qed jagħtu togħma wkoll lil xulxin tal-esperjenzi li jgħaddu minnhom ta’ kuljum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com