Argument Fl-Armier F’Jum Il-Milied
Ilbieraħ fil-11.00, il-pulizija ntalbet biex tintervjeni minħabba fi ġlieda fl-Armier wara argument bejn żewġt irġiel, wieħed ta’ 36 sena li jgħix Birkirkara u ieħor ta’ 47 sena li jgħix Ħal Qormi.
Huma ngħataw kura f’ċentru tas-saħħa.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-argument beda bejn iż-żewġt irġiel u wara kienu nvoluti ukoll mara ta’ 49 sena li tgħix Ħal Qormi u mara ta’ 33 sena li tgħix Birzebbuġa.
Allegatament waħda minn nisa tat daqqa ta’ ħadida lir-raġel ta’ 36 sena.
Ir-raġel ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ta’ 47 sena kellu ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ritratt: Bay.com.mt