Arrestat B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Karozzi U Bieb Ta’ Dar Fil-Belt

 Arrestat B’Rabta Ma’ Ħruq Ta’ Karozzi U Bieb Ta’ Dar Fil-Belt

Żagħżugħ ta’ 21 sena ġie arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri b’rabta ma’ każijiet ta’ karozzi li allegatament ingħataw in-nar.

Il-każijiet seħħu bejn Lulju u Settembru illi għadda fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija qalet li f’dan il-perjodu ngħataw in-nar tliet vetturi, bil-konsegwenza li erba’ vetturi oħra li kienu pparkkjati ħdejhom ġarrbu ħsarat.

Linvestigazzjonijiet wasslu wkoll biex l-istess żagħżugħ ġie identifikat li f’April illi għadda, allegatament ħaraq bieb ta’ dar privata, fil-Belt ukoll.

Huwa se jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia u jkun akkużat mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna, Saviour Baldacchino u Priscilla Caruana Lee, bir-reati msemmija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com