Arti, Poeżija, Mużika, Għana: Prestazzjoni Intima Fi Strada Stretta

 Arti, Poeżija, Mużika, Għana: Prestazzjoni Intima Fi Strada Stretta

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Diċembru, The Strada Stretta Concept, fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, itellgħet serata ta’ arti, poeżija u mużika fi Strada Stretta fil-Belt Valletta.

L-attitvità, bit-titlu ta’ Kadenza ta’ Ħolma, kienet ibbażata fuq ċiklu ta’ poeżiji miktuba mid-Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept, Giuseppe Schembri Bonaci.

Il-poeżiji ġew ispirati mill-Kultura Ewropea tat-Trobadur Medjevali, minn Rużar Briffa, Shakespeare, Arthur Rimbaud, Cesare Pavese, Pablo Neruda u Boris Pasternak. Il-poeżiji ġew miktuba b’lingwi varji, partikolarment bil-Malti, Inglis u Russu.

Il-kompożizzjoni tal-mużika, ibbażata fuq il-poeżiji ta’ Schembri Bonaci, ġiet maħduma minn Karl Fiorini, filwaqt li Clare Ghigo kienet is-sopran li nterpretat il-vuċi tal-poeta matul il-prestazzjoni. L-artisti l-oħrajn kienu Francesca Aquilina u Mariele Zammit; Zammit użat anki l-għana fl-interpretazzjoni tagħha tal-poeżiji, element li huwa fundamentali għall-prassi kreattivi tax-xogħol poetiku ta’ Schembri Bonaci. Takkumpajna lil dawn il-vuċijiet kien hemm Maria-Elena Farrugia fuq il-pjanu.

Kadenza ta’ Ħolma kienet prestazzjoni intima u personali ħafna li esprimiet sens ta’ vulnerabblità.

L-Aġenzija Kulturali Tal-belt Valletta verament qed ittina spettaklu minn kull aspett!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com