Belti Arrestat Wara Sejba Ta’ Droga U €13,000 Fi Flus Kontanti

 Belti Arrestat Wara Sejba Ta’ Droga U €13,000 Fi Flus Kontanti

Belti ta’ 29 sena kien arrestat f’ħidma oħra mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tad-Distrett tal-Belt.

Huwa instab fil-pussess ta’ madwar 20 qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u droga eroina.

Waqt tfittxijiet oħra, instabu iktar sustanzi suspettati droga kokaina, eroina, cannabis u methadone, flimkien ma’ €13,000 fi flus kontanti.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija, il-Floriana.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com