Bħal-Lum Sena Robert Abela Ħabbar Il-Kandidatura Tiegħu Għal Mexxej Tal-PL

 Bħal-Lum Sena Robert Abela Ħabbar Il-Kandidatura Tiegħu Għal Mexxej Tal-PL

Twieled fis- ta’ Diċembru tal- 1977 f’Tas-Sliema; iben George u Margaret u trabba f’Ħal Għaxaq u f’Marsaskala. Attenda skola tas-sorijiet f’Santa Luċija u fl-iskola primarja St. Francis ta’ Bormla.

Minn hemm kompla l-istudji tiegħu fil-kulleġġ ta’ San Alwiġi. Kien jilgħab il-futbol meta kien żgħir u anke kien jittrenja fil-body building saħansitra anke fil-Kampjonat Dinji.

Iltaqa’ ma’ Lydia fl-Università ta’ Malta fejn kienu qed jistudjaw il-liġi fejn iggradwa fl-2002.

Ta’ 40 sena, daħal fil-Parlament wara l-elezzjoni ta’ Ġunju tal-2017. Bħal-lum sena wkoll, kien ħabbar li se joħroġ għall-elezzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista, liema elezzjoni rebaħ b’9,342 vot.

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu; 43 sena.

Awguri Prim Ministru!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com