Bil-Filmat: 31 Sena Mis-Summit Storiku F’Malta Bejn Bush u Gorbachev

 Bil-Filmat: 31 Sena Mis-Summit Storiku F’Malta Bejn Bush u Gorbachev

31 sena ilu Malta kienet ospitat summit storiku bejn l-aktar żewġ mexxejja influwenti fid-dinja dak iż-żmien: George Bush li kien President tal-Istati Uniti u l-Mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev.

Dan is-summit simbolikament temm il-Gwerra l-Bierda. Il-ħajt ta’ Berlin waqa’ fid-9 ta’ Novembru 1989. Kien il-bidu tat-tmiem ta’ l-hekk imsejħa ‘Gwerra Bierda’ bejn il-lvant u l-punent u l-alleanzi militari tagħhom.

Jingħad li Malta kienet intgħażlet għal żewġ raġunijiet – minħabba li kienet newtrali u fuq kollox minħabba li fil-bidu ta’ Diċembru t-temp tradizzjonalment ikun sabiħ.

Madankollu fit-tmiem il-ġimgħa tat-2 u t-3 ta’ Diċembru, 1989, Malta nħakmet minn maltempata qalila tant li l-pjan tal-mexxejja li jiltaqgħu fuq bastimenti navali ta’ xulxin, kellu jiġi abbundat u spiċċaw jiltaqgħu biss fuq il-cruiser ċivili Sovjetiku, Maxim Gorkiy li kien għall-kenn fil-bajja ta’ Marsaxlokk.

Għal dan il-għan l-Ambaxxata Ġermaniża f’Malta organizzat diskussjoni online li se ssir llum fis-6p.m.

https://www.facebook.com/GermanEmbassyValletta/photos/a.162040834453049/692198604770600/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com