Bil-Filmat: Amber B’Interpretazzjoni Mill-Isbaħ Ta’ O Lejl ta’ Skiet

 Bil-Filmat: Amber B’Interpretazzjoni Mill-Isbaħ Ta’ O Lejl ta’ Skiet

O’ Lejl ta’ Skiet hija għanja tradizzjonali tal-Milied, li kullħadd huwa familjari magħha. Hija għanja li tfakkarna fil-lejl speċjali meta twieled Ġesu Bambin. Amber bl-interpretazzjoni tagħha ħolqot kuntrast ma dak li għaddejin minnhu bħalissa.

F’dan il-video Amber tinsab ġo teatru waħedha mingħajr udjenza. Taħseb biss fiż-żmien aħjar.

Matul dawn l-aħħar xhur, l-artisti b’mod ġenerali kienu affetwati ferm minħabba Covid-19, fejn ħafna produzzjonijiet u avvenimenti ġew kkanċellati. Riżultat ta’ dan ħafna artisti spiċċaw bla xogħol. Iż-żmien għal-artisti għadu wieħed diffiċli.

Sfortunatament l-arti mhux dejjem neħduhom bis-serjeta u xi kultant narawhom biss bhala passatemp jew iktar għar mhux konsidrat bħala xogħol.

Minħabba dak kollu li għaddejin minnhu għandek ħafna nies li spiċċaw japprezzaw izjed l-arti, issa li kollox wieqaf.

Amber tixtieq ili bl-interpretazzjoni tagħha ta’ O’Lejl tas-Skiet’ toħloq iktar kuxjenza dwar l-importantza tal- arti. Biex is-sapport u r-rispett lejn l-artisti jikber u jissaħħaħ. Din l-interpretazzjoni isservi ukoll biex tfakkar is-sagrifficji u dedikazzjoni li jagħtu l-artisti lejn dan ix-xogħol, u kemm hi difficli meta ma tkunx tista tesprimi l-passjoni tiegħek.

Awguri tassew Amber.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com