Bil-Filmat: Ġuvni Iffilmjat Jitajjar Minn Karozza… Iqum Fuq Saqajh

Żagħżugħ jista’ jgħodda b’waħda wara li ttajjar minn karozza u rnexxielu jqum fuq saqajh ftit wara.
Iż-żagħżugħ kien fuq il-Bus Stop fi Triq D’Argens il-Gżira, meta għal xi raġuni kien se jaqsam u sab il-karozza ma’ wiċċu.
Bla dubju li x-xufier inħasad hekk kif ra liż-żagħżugħ itir quddiemu.
Fi triq daqshekk traffikuża dan l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi.