Bil-Filmat: Il-Kanzunetta ‘Last Christmas’ Mhux Propja Kanzunetta Tal-Milied!
Il-Kanzunetta li spiss nisimgħu f’dawn iż-żmienijiet Last Christmas, mhix propja kanzunetta bit-tema tal-Milied. Il-bidu tagħha jmur lura għall-1984 meta George Michael u Andrew Ridgeley żaru l-ġenituri ta’ George Michael.
Inkitbet minnu stess fil-kamra tas-sodda ta’ tfulitu u aktar ‘il quddiem, daqq l-introduzzjoni tal-chorus lill-Andrew u għoġbitu minnufih.
Id-duo kienu magħrufa bħala Wham! u din il-kanzunetta ġiet irrekordjata minn bosta kantanti oħra maż-żmien.
Telgħet fil-quċċata fid-Danimarka, Slovenja u fl-Isvezja u s-suċċess qatt ma waqaf. Fis-seklu 21, ġiet ikklassifikata fl-Ingilterra bħala l-aktar kanzunetta li ndaqqet fiż-żmien tal-Milied.
Il-kanzunetta titkellem fuq il-qalb/imħabba li ngħatat lil xi ħadd u ma tax kas. Titkellem fuq ir-realtà li l-imħabba taf toffri… imma l-famużi kelmiet: Last Christmas, il-frażi ‘Merry Christmas’ li tingħadd baxx baxx u t-tiżjin li jidher fil-vidjo, bla dubju li ġiegħelu lin-nies ittimbrawha bħala kanzunetta tal-Milied mentri George Michael stess kien qal li x-xenarju huwa dak tal-festi, imma t-tema prinċipali hija l-uġigħ tal-imħabba.
Interessanti!