Bil-Filmat: Il-Valletta Cultural Agency Tagħtna Milied Speċjali Anke Din Is-Sena…

 Bil-Filmat: Il-Valletta Cultural Agency Tagħtna Milied Speċjali Anke Din Is-Sena…
Xi ħaġa differenti kuljum, dan huwa l-Milied fil-Belt Valletta! Din is-sena nistgħu ngħidu li kellna xalata kbira t’attivitajiet partikolari fil-Kapitali Maltija b’attenzjoni kbira lejn ir-regoli tal-pandemija attwali.
Imma kif wegħeduna sa mill-bidu, il-Milied fil-Belt Valletta ma mietx. U għad baqa’!
Isssa jmiss ukoll il-Christmas Swing Special b’kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u l-Fondazzjoni Temi Zammit fejn tistgħu tgawdu l-vuċijiet sbieħ tat-tenur Nico Darmanin u tal-kantanti Jasmine Abela, Nadine Axisa u Nikki Vella flimkien ma’ Adrian Brincat ir-Russu fuq it-trumbetta u Kris Spiteri Trio. Din hija produzzjoni tat-Teatru Manoel.
Dan se jsir fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru fit-8pm kif ukoll fil-31 ta’ Diċembru fit-3pm fit-Teatru Manoel. Imbagħad nhar l-Ewwel tas-Sena ser jixxandru 70 minuta speċjali fuq TVM fit-3pm.
Dan il-kunċert se jkun immexxi minn Kris Spiteri. Titilfux dawn l-opportunitajiet uniċi biex ikollok Milied speċjali wkoll anke din is-sena.
Grazzi lill-Valletta Cultural Agency li ħadet ħsieb dan kollu u l-ispirtu tal-Milied kien fl-aqwa tiegħu anke fl-2020.

Filmat: Kevin Kiomall

Ritratt: Darren Agius

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com