Bil-Filmat: “Ilbieraħ Missieri Ġie D-Dar Kollu Demm U Mbenġel” – Aldo Busuttil

 Bil-Filmat: “Ilbieraħ Missieri Ġie D-Dar Kollu Demm U Mbenġel” – Aldo Busuttil

Aldo Busuttil tella’ filmat fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook sabiex iwassal messaġġ lill-Kunsill Lokali tal-Fgura.

Busuttil qal li missieru waqa’ fil-main road tal-Fgura minħabba li l-bankina f’din it-triq tinsab fi stat perikoluż. Huwa qal li meta lmenta dwar dan mal-Kunsill Lokali qalulu li din mhiex responsabbiltà tagħhom.

Busuttil qal li jemmen li l-Kunsill għandu fondi biex isewwi dawn il-ħsarat fit-toroq iżda minflok il-flus qed jintefqu fuq affarijiet inqas essenzjali, bħal tiżjin. Qal ukoll li jekk dan ix-xogħol mhuwiex responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, mela l-Kunsill għandu l-obbligu li jagħmel il-pressjoni neċessarja lill-Gvern ċentrali sabiex dan ix-xogħol isir.


Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com