Bil-Filmat: Jeanesse Abela, B’Kuraġġ Ta’ Sur, Tqum Minn Bilqiegħda U Timxi

Bħalissa Jeanesse Abela, mara li għandha l-kundizzjoni tac-cerebral palsy, qed tagħmel diversi sfidi u b’kuraġġ kbir qed jirnexxielha tiskopri abbiltajiet ġodda.
Minn sfida biex taħsel il-kelba tagħha waħedha, għal sfida li tilbes il-ġakketta waħedha, għall-akbar sfida minnhom kollha li tqum u timxi waħedha.
Bla dubju, b’determinazzjoni kbira, Jeanesse qed jirnexxielha twettaq dawn l-isfidi kollha.