Bil-Filmat: Kif Malta Żammet Il-Każijiet Covid-19 Taħt Kontroll

 Bil-Filmat: Kif Malta Żammet Il-Każijiet Covid-19 Taħt Kontroll

“Ara kif Malta żammet il-każijiet ta’ Covid-19 taħt kontroll”, stqarr Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq facebook tiegħu.

Permezz ta’ graph virtwali, jidher kif tul il-pandemija il-każijiet kienu qed jinżammu f’livelli konsistenti; bi tlugħ u nżul minn żmien għall-ieħor.

Ma kienx l-istess fil-każ ta’ pajjiżi bħal Polonja, Bulgarija il-Kroazja, Slovenja u oħrajn. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 103 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,010 swab test, waqt li fiequ 169 biex issa l-każijiet attivi niżlu taħt l-2,000 wara bosta ġimgħat.

Inkomplu nobdu d-direttivi biex noħorġu minn dan iż-żmien kemm jista’ jkun malajr.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com