Bil-Filmat: Ma Tafx Issajar? Mux Problema! Fhiex Wasalna!!!

Issa Kċina qed tittrasforma fi proċess ta’ tisjir awtomatizzat. Minn issa, jista jkollok ikliet Gourmet imsajra friski kuljum f’kull ħin.
Idejn robotiċi huma maħluqa biex jirrepetu l-azzjonijiet tal-bniedem. Huma joperaw fil-kċina, jieħdu ingredjenti mill-friġġ u apparat ieħor minn spazju apposta skond ir-riċetta.
Ir-riċetti huma ppreparati u mtellgħin mill-koki tal-kumpnaija Moley. Dawn huma kontinwament aġġornati sabiex il-kċina robotika tkun tista ssajjar għalik platti minn kċejjen differenti u partijiet tad-dinja.
Is-sistema tal-“għajnejn” tal-kompjuter hija kapaċi tidentifika u ssib oġġetti tal-kċina fl-ispazju tat-tisjir. Friġġ intelliġenti jgħidlek meta l-prodotti jkunu waslu biex jiskadu, u l-ħażna tinfurmak meta jkunu qed jispiċċaw xi ingredjenti.
Kollha flimkien, tagħmel il-kċina Moley l-ewwel kċina robotika tassew unika fid-dinja.