Bil-Filmat: Malta Kif Kienet Fil-Ħamsinijiet… Id-Daħla Tal-Belt Kienet Mingħajr Il-Funtana Tritoni

Alessandro Bajada li huwa fotografu bravissimu tella’ memorja ta’ filmat tiegħu stess li joħodna lura f’Malta fil-ħamsinijiet.
Għalkemm bla ħoss, il-filmat jitkellem waħdu. Kien miġbud fuq film tal-8mm. Taraw Baħar iċ-Ċagħaq, Mistra, ix-Xemija, Selmun u l-Mellieħa, l-Imdina, iċ-Chadwick Lakes, San Ġiljan, il-Bajja ta’ San Ġorġ, Sliema Ferries, Għar id-Dud, Tignè, Wied iż-Żurrieq, Riviera Martinique, u l-Marfa fejn taraw ukoll il-Banċinu Ferry (1950-1957).
Fil-filmat jidhru wkoll Marsaxlokk, Għar Lapsi u d-daħla tal-Belt Valletta qabel ma saret il-Funtana tat-Tritoni. Ġmiel ta’ filmat li jgħodd ma’ ‘l fuq minn 70 sena.
Ritratt: Alessandro Bajada