Bil-Filmat: Patrijiet Kapuċċini B’Verżjoni Ġdida U Emozzjonanti Ta’ ‘O Holy Night’
Il-Patrijiet Kapuċċini dan il-Milied ħarġu b’inizjaativa mill-isbaħ biex nidħlu fl-ispirtu tat-twelid ta’ Ġesu, dan permezz ta’ verżjoni ġdida tal-kanzunetta ‘O Holy Night’ kantata minn Fr Jethro Bajada u akkumpanjat mill-vjolinist li huwa Br Mark Scicluna.
Il-kanzunetta, waħda mill-isbaħ għanjiet tal-Milied, hija waħda emozzjonanti u kantata mill-qalb, b’filmati minn wieħed mill-kunventi tal-kapuċċini f’Malta.
Fr Jethro qalilna li kif nafu, “din is-sena se ngħixu Milied xi ftit jew wisq differenti. Il-parties u l-ikliet fil-familji se jonqsu u żgur li hawn min se jkun waħdu ukoll. Nistgħu għalhekk ngħidu li dan iż-żmien qed iġibna in-touch mas-solitudni tagħna, mal-partijiet xi ftit skuri tar-realtà tagħna. Imma dan m’għandux jaqtalna qalbna, għax kif nemmnu, il-Mulej tagħna twieled propju biex aħna qatt ma nkunu weħidna.”
Fr Jethro żied jgħid “jeħtieġ biss li nemmnu, u nfittxu lil Mulej fis-skiet ta’ qalbna kif ukoll fil-Knisja tiegħu. Huwa propju dan li pruvajna noħorġu mill-vidjo, aħna l-patrijiet Kapuċċini; il-kuntrast bejn l-imdallam u l-mixgħul, l-iswed u l-abjad, u l-ikkulurit.”
Fr Jethro temm jgħid “ejjew ma nitilfux it-tama. Fil-waqt li nibżgħu għal saħħitna u saħħet l-oħrajn, infittxu aktar il-qofol ta’ dan iż-żmien tant għażiż tal-Milied: Alla sar bniedem biex ikun qrib tagħna.”
Ara l-kanzunetta hawn: