Bil-Filmat: Jgħid Li Qed Jgħix Fil-Faqar Minħabba L-Manteniment

 Bil-Filmat: Jgħid Li Qed Jgħix Fil-Faqar Minħabba L-Manteniment

Raġel li tkellem mal-ġurnalisti tal-programm televiżiv Popolin, qal li huwa qigħed jgħix fil-faqar minħabba inġustizzja li qed iseħħ miegħu mill-avukati u l-qrati tal-familja.

Huwa qal li kien jgħix komdu, hekk kif ħadem sabiex kellu dar kbira b’żewġ garaxxijiet, iżda kollox inbidel għalih wara li ssepara minn ma’ martu. Wara li spiċċa żgumbrat minn daru, u ma tħalliex lanqas jgħix f’wieħed mill-garaxxijiet, huwa spiċċa jrid jikri żewġt ikmamar biex jgħix fihom. Intant, bejn il-ħlas tal-manteniment, il-ħlas tal-kirja u spejjes bażiċi oħrajn, dan ir-raġel jisħaq li qed jgħix fil-faqar.

Segwi l-intervista sħiħa hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com