Bil-Filmat: “Tlabt Biex Tkun Imħarrsa L-Karatteristika Tan-Naxxar…” – Robert Cutajar

 Bil-Filmat: “Tlabt Biex Tkun Imħarrsa L-Karatteristika Tan-Naxxar…” – Robert Cutajar
Fuq facebook tiegħu, il-Membru Parlamentari fi ħdan il-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar tella’ filmat tat-talba tiegħu lill-Ministru Aaron Farrugia dwar applikazzjonijiet mostrużi fin-Naxxar.
Tenna li dan għamlu “sabiex qabel ma’ jiġu kkonsidrati xi applikazzjonijiet ta’ żviluppi mostrużi fin-Naxxar, għandhom isiru b’obbligu studji b’rapporti dwar l-impatti soċjali kif ukoll dawk tat-traffiku. Tlabt ukoll li jiġu mħarrsa l-karatteristiċi u l-ambjent tan-Naxxar.”
Dan b’referenza għall-iżvilupp li qed jissemma fl-akkwata li kienet magħrufa bħala t-Trade Fair Grounds.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com