Bil-Filmat: Xufier Isib Mowbajl Fuq Tal-Linja U Jmur Itih Lura Lil Sidu

Wara li sab mowbajl fuq il-vettura li kien qed isuq, ix-xufier tal-linja Karsten Agius stenna li jispiċċa mir-rotta tiegħu u minnufih ċempel fuq l-aħħar numru li kien ċempel fuqu sid il-mowbajl sabiex jipprova jiddentifikah. Jidher li huwa rnexxielu jagħmel kuntatt ma’ sid il-mowbajl u mar jiltaqa’ miegħu f’Birkirkara sabiex jagħtih lura lilu.
“Il-qlubija u l-ġenerosità huma l-unika affarijiet li neħtieġu”, qal Karsten Agius.
Ara l-filmat li se jġiegħlek titbissem hawn taħt: