Front To Rear: Jekk Ma Weġġa’ Ħadd, Warrab Ma’ Ġenb

 Front To Rear: Jekk Ma Weġġa’ Ħadd, Warrab Ma’ Ġenb

Messaġġ ieħor mill-kampanja #TravelSmart ta’ Transport Malta u Malta Road Safety Council jitkellem fuq meta vetturi jaħbtu front to rear, magħrufa wkoll bħala bumper to bumper; speċifikament meta ma jkun weġġa’ ħadd u x’passi għandhom jittieħdu  biex ma jinħoloqx traffiku u inkonvenjenza fit-toroq.

L-Aqwa Li Ma Weġġa’ Ħadd. 

L-ewwel ħaġa meta taħbat hu li tassigura ruħek hu li ma weġġajtx, la int u lanqas il-passiġieri li forsi qegħdin miegħek fil-vettura. Imbagħad oħroġ mill-karozza u assigura ruħek li l-persuna li ħbatt magħha ma weġġgħetx lanqas.

Jekk xi ħadd weġġa’, l-ewwel prijorità hi li ċċempel in-numru tal-emerġenza fuq 112.

Iżżomx Traffiku: Ħu Ritratt u Itfa’ Mal-Ġenb

Hekk kif int u l-persuna l-oħra taraw li ma weġġa’ ħadd, ixgħelu l-headlights u ħudu r-ritratti neċessarji tal-karozzi ppożizzjonati skont kif ġara l-aċċident.

Kif tkun lest, ixgħel l-indicator u ressaq ma’ ġenb.

Imla L-Formola

Hekk kif il-karozzi jitressqu ma’ ġenb, imla l-forma tal-assigurazzjoni li dejjem għandu jkollok kopja tagħha fil-karozza tiegħek.  Ħu wkoll xi ritratti neċessarji biex turihom lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek.

Jekk il-Karozza Mhux Tiċċaqlaq, Ċempel lil tat-Towing

Jekk il-karozza ma tistax issuqha, tista’ ċċempel lis-servizz personali tiegħek tat-towing. Jekk m’għandekx abbonament ma’ servizz simili, tista’ ċċempel lil Transport Malta fuq 8007 3399 li joffru dan is-servizz b’xejn bejn is-6.30 u d-9.30 ta’ filgħodu u bejn it-3.30 u s-6.30 ta’ flgħaxija.

https://www.facebook.com/watch/?v=336137400975751

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com