Miet Carmel Aquilina: Kontributur Kbir Fid-Dinja Teatrali

 Miet Carmel Aquilina: Kontributur Kbir Fid-Dinja Teatrali

Direttur tat-Teatru, awtur u għalliem tad-drama Carmel Aquilina miet nhar il-Ħadd li għadda fl-età ta’ 74 sena. Ilbieraħ fuq il-midja soċjali Facebook, Teatru Manoel taw ġieħ il-kontribuzzjonijiet kbar tiegħu lejn id-dinja teatrali, fejn anka ddiskrevew lil Aquilina bħala persuna li jħobb jgħin u dejjem jagħti kuraġġ lil dak li jkun biex dejjem jibqa’ miexi ‘l quddiem.

 

https://www.facebook.com/teatru.manoel/posts/3157474014354219

Imwieled il-Għargħur, il-ħajja ta’ Aquilina dejjem daret madwar l-arti tal-prestazzjoni fejn fl-1975 waqqaf il-pagaent tal-Ġimgħa L-Kbira u fl-1979 ġie maħtur bħala membru mad-Drama Unit bħala parti mid-Dipartiment tal-Edukazzoni. Xi ftit wara wkoll ġie impjegat bħala direttur tal-istudji fl-Akkademia tat-Teatru Manoel tal-Arti Drammatika.

Carmel Aquilina dderiġa wkoll diversi plays fosthom ta’ awturi prominenti bħal Trevor Żahra u Frans Sammut.

Stampa Ta’ Carmel Aquilina impinġija Minn Ġorġ Aquilina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com