Carrie U Sukie Għandhom Messaġġ Importanti Għalik!

 Carrie U Sukie Għandhom Messaġġ Importanti Għalik!

Il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali Alison Bezzina tellgħet filmat fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha li permezz tiegħu Carrie u Suki jwasslu messaġġ.

Dawn iż-żewġt iklieb jirrakuntaw li huma ffurtunati ħafna hekk kif għandhom dar, ġugarelli, familja li tħobbhom u dak kollu li għandhom bżonn. Iżda l-għan tal-filmat huwa li jfakkar li mhux kull kelb huwa xxurtjat daqs Carrie u Suki.

Intant, Alison Bezzina tagħti tlett pariri sabiex wieħed kemm jista’ jkun jikkontribwixxi għal soċjetà li tittratta lill-annimali tagħha bl-aħjar mod. Bezzina tiskoraġġixxi li l-annimali jingħataw bħala rigali, hekk kif dawn jgħixu għal ħafna snin u jista’ jkun li wieħed ma jkunx għadu lest għal impenn daqsekk fit-tul.

It-tieni parir ta’ Bezzina huwa għal dawk li huma lesti li jġibu annimal fil-familja, sabiex kemm jista’ jkun jaddottaw annimali li jkunu qed jgħixu f’xi santwarju sabiex b’hekk nagħtu opportunità ta’ mħabba lil dawn l-annimali.

It-tielet parir ta’ Bezzina huwa sabiex min mhux lest li jaddotta annimal jgħin xorta waħda permezz ta’ donazzjoni lil xi wieħed mis-santwarji li għandna f’Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com