Din Id-Dar Fin-Naxxar Ħadet Inizjattiva Personali Għal Kawża Ġusta

 Din Id-Dar Fin-Naxxar Ħadet Inizjattiva Personali Għal Kawża Ġusta

Bit-titlu Christmas House Visual Display, il-propjetarji ta’ dar fl-indirizz 8, Mergħat, Darcel Street, f’San Pawl tat-Tarġa fin-Naxxar, ħarġu b’inizjattiva altruwistika fejn il-pubbliku jista’ jgawdi minn spettaklu/projezzjoni fuq il-faċċata tad-dar tagħhom b’xejn.

L-ispettaklu jintwera fid-dati msemmija fil-poster t’hawn taħt fejn idum 10 minuti, b’interval ta’ 5 minuti bejn spettaklu u ieħor.

L-attività hija bla ħlas iżda l-pubbliku huwa mħeġġeġ li jkun ġeneruż b’riżq id-Dar tal-Providenza tas-Siġġiewi. X’idea dik! prosit tassew!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com