“Din Is-Sena Sibt Imħabbti…” – Ivan Gaffiero Bi Ħsieb Sabiħ Għall-Milied

 “Din Is-Sena Sibt Imħabbti…” – Ivan Gaffiero Bi Ħsieb Sabiħ Għall-Milied

Kif se jkun il-Milied din is-sena għal Ivan Gaffiero?

Se sjkun Milied speċjali mal-partner tiegħi li tant huwa kuntent li qed jiċċelebra l-ewwel Milied kemm f’Malta u anka f’ħajtu. Meta nara lilu kuntent, niġi kuntent jien. L-ikla ta’ nofsinhar din is-sena xtaqt naqsamha ma’ nies li huma waħedhom , u se nieklu ikla flimkien .

X’tixtieq tara fost il-poplu?

Jaqtgħu l-mibegħda, il-paroli fuq in-nies u jħallu lil kulħadd jgħix ħajtu kif jixtieq u ma’ min jixtieq .

Kif tħares lejn is-sena 2020 u x’qed tistenna mis-sena 2021?

Jien għalija din is-sena naħseb kienet sena ta’ suċċess, sirt naf ħafna aktar nies permezz ta’ diversi programmi li għamilt fuq facebook, kemm Maltin u barranin. Kienet sena li sirt naprezza ħafna aktar kemm vera konna komdi qabel, u kienet sena li sibt l-imħabba .

Messagg mingħandek biex inkunu iżjed b’qalb ħanina lejn xulxin.

Il-messagg tiegħi huwa li hemm bżonn ħafna mħabba lejn kulħadd, b’mod speċjali mill-ulied lejn min tahom il-ħajja; il-ġenituri għamlu sagriffiċċji għalihom. Iżda wkoll li kulħadd għandu joqgħod attent kif jitkellem għax b’ kelma waħda persuna tkissru u tfarrku .

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com