Każ ta’ Ħajja u Mewt Jiġi Deċiż Minn Bord li Jaħdem sas-2.30pm

 Każ ta’ Ħajja u Mewt Jiġi Deċiż Minn Bord li Jaħdem sas-2.30pm

Fid-dawl tal-protesta li saret mill-YPB jumejn ilu, ġie skopert ir-raġuni għalfejn mara li kellha ectopic pregnancy, damet tistenna jumejn biex ikollha l-proċedura medika meħtieġa biex tittermina t-tqala tagħha; għalkemm din hija deċiżjoni urġenti ta’ ħajja u mewt, din xorta kellha tgħaddi minn bord mediku għall-approvazzjoni.

F’dan il-każ partikolari, it-talba biex il-mara tingħata ‘permess’ biex tgħaddi minn dan il-proċess urġenti, ġiet sottomessa wara s-2.30pm, li huwa l-ħin sa xħin jaħdem l-imsemmi bord mediku tal-Affarijiet Farmaċewtiċi. B’hekk, il-mara kkonċernata kellha tistenna jumejn biex issirilha din il-proċedura urġenti.

Fost l-ilmenti għal din il-biċċa ta’ informazzjoni, ħafna staqsew kif sitwazzjoni daqshekk ta’ ħajja u mewt għandha għalfejn, l-ewwel u qabel kollox, tgħaddi bord. L-ectopic pregnancy hija tip ta’ tqala fejn il-bajda iffertilizzata ma’ timpjantax ruħha fil-ġuf, imma fil-fallopian tubes u jekk din it-tqala, li mhix sostenibbli titħalla hemm, il-mara tmut fi ftit ġranet.

 

Ritratt: Women’s College Hospital

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com