Erba’ Anzjani Jmutu Pożittivi Bil-COVID-19
Fl-aħħar 24 siegħa, erba’ anzjani ta’ bejn is-76 sena u t-83 sena mietu wara li ġew pożittivi għall-Covid-19.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Ottubru, miet fl-4 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 83 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-19 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Novembru, miet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni; il-ħasil tal-idejn, l-ilbies tal-maskra u d-distanza fiżika.