Erba’ Anzjani Jmutu Pożittivi Għall-Covid-19
Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 74 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet fil-25 ta’ Diċembru fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 80 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar St Thomas.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 89 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke matul dawn il-jiem ta’ festi nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni. Hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.