Erba’ Anzjani Mietu Pożittivi Għall-Covid-19.

 Erba’ Anzjani Mietu Pożittivi Għall-Covid-19.

Erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Diċembru, mietet lbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 86 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Ottubru, mietet dal-lejl fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 84 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fis-16 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com