Erbgħa L-Isptar Wara Ħabta Frontali F’Ħad-Dingli
Erba’ persuni ddaħħlu l-isptar wara li aktar kmieni llum kienu involuti f’ħabta fi Triq ir-Rabat, Ħad-Dingli.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-ħabta seħħet bejn Volkswagen Polo, misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti r-Rabat, u Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Gżira.
Fil-Volkswagen Polo, kien hemm ukoll mara ta’ 25 sena residenti Ħad-Dingli u tifla ta’ sena.
Fuq il-post intalbu jassistu tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar tard, il-mara ta’ 48 sena ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi filwaqt li t-tliet persuni loħra sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddej.