Evitaw Triq Burmarrad!

Bejn it-8.30 ta’ dalgħodu u s-6 tal-lejla, Triq Burmarrad se tkun magħluqa fid-direzzjoni tan-nofsinhar, minn ħdejn il-Knisja ta’ Burmarrad lejn il-Mosta.
Dan tħabbar fuq il-paġna Infrastructure Malta fejn intqal li ser isir trattament apposta li jnaqqas ir-riskji ta’ żlieq fuq partijiet mill-wiċċ ġdid bl-asfalt li sar bħala parti mill-proġett ta’ €3.5 miljun għal inqas riskji t’aċċidenti f’din it-triq.
It-triq mistennija titlesta mill-aktar fis. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li juża rotot alternattivi viċin.