Filmat Artistiku U Pożittiv Mill-Istudenti Tal-Kulleġġ San Benedittu

 Filmat Artistiku U Pożittiv Mill-Istudenti Tal-Kulleġġ San Benedittu

Il-kulleġġ San Benedittu huwa magħruf għall-pantomima tal-Milied li tittella’ ta’ kull sena mill-istudenti u l-għalliema. Iżda din is-sena differenti, hekk kif bħal pantomimi l-oħrajn ġiet ikkanċellata.

Minkejja dan, l-għalliema u l-istudenti ħassew li xorta waħdha għadhom jiġbru fondi għall-karità, bħal ma jiġri kull sena permezz tal-panto.

B’hekk l-istudenti ħadmu filmat innovattiv li jħares b’nostalġija lejn il-pantomimi tal-passat, b’kuraġġ lejn il-preżent u b’tama lejn il-futur.

Kelliema għal Benedittu Production tkellmet ma’ dan is-sit u qalet li l-għan tal-filmat huwa li jinġabru fondi għal Puttinu cares filwaqt li l-messaġġ tal-filmat huwa li “għalkemm it-teatru bħalissa wieqaf xorta inħarsu b’mod pożittiv ‘l quddiem u nittamaw li ma ndumux ma nerġgħu nilqgħu l-udjenza”.

Id-dettalji dwar kif wieħed jista’ jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares jinsabu fid-deskrizzjoni tal-filmat t’hawn fuq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com