Filmat Esklussiv: Joemike U Lydon B’Kanzunetta Oriġinali Tal-Milied

 Filmat Esklussiv: Joemike U Lydon B’Kanzunetta Oriġinali Tal-Milied

F Living Channel illum qed jintroduċi l-kanzunetta uffiċjali tal-istazzjon bl-isem ta’ ‘Ittra lil Santa Klaws’, b’kompożizzjoni ta’ Augusto Cardinali u kliem ta’ Joemike u Lydon. Joemike u Lydon huma ir-rebbieħa ta’ Malta’s Got Talent.

FLiving Channel ilu snin jippromwovi it-talent lokali fil-programmi tiegħu. Il-programmi ‘Kollox Sibt’, ‘Sibt Sorpriża’, ‘108 Live’ u ‘Kollox Ma’ Kollox’ huma fost il-programmi li fihom dehru bosta kantanti li illum huma stabbiliti.

Rappreżentant tal-maniġment ta’ F Living Channel tkellem mas-stradarjali.com u qalilna li “filwaqt li F Living Channel jifraħ lil Joemike u Lydon għas-suċċess li kisbu, jawgura il-Festi it-Tajba lil kulħadd permezz ta’ din il-kanzunetta uffiċjali u jħares ‘l quddiem lejn sena ġdida mimlija bi programmi għall-familja kollha”.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com